- Fejn ikun japplika l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), fir-rigward tal-offerta ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-data personali ta’ minorenni jkun skont il-liġi fejn il-minorenni jkollu mill-inqas l-età ta’ 16-il sena. Fejn il-minorenni jkollu anqas minn 16-il sena, tali pproċessar ikun legali biss jekk, u sal-punt li, il-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta’ ġenitur fuq il-minorenni.
- Il-kontrollur għandu jagħmel sforzi raġonevoli biex jivverifika f’tali każijiet li l-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mid-detentur tar-responsabbiltà ta’ ġenitur fuq il-minorenni, b’kont meħud tat-teknoloġija disponibbli.
- Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt ġenerali tal-Istati Membri dwar il-kuntratti bħar-regoli dwar il-validità, it-tiswir jew l-effett ta’ kuntratt fir-rigward ta’ minorenni.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal età inqas għal dawk il-finijiet sakemm tali età inqas ma tkunx inqas minn 13-il sena.