- Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jirċievi d-data personali li tikkonċerna lilu, li huwa jkun ipprovda lil kontrollur, f’format strutturat, użat komunement u li jinqara permezz ta’ magna u jkollu d-dritt li jibgħat dik d-data lil kontrollur ieħor mingħajr tfixkil mingħand il-kontrollur li lilu tkun ingħatat id-data personali, fejn:
- (a) l-ipproċessar ikun ibbażat fuq kunsens skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jew il-punt (a) tal-Artikolu 9(2) jew fuq kuntratt skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(1); u
- (b) l-ipproċessar jitwettaq b’mezzi awtomatizzati.
- Fl-eżerċitar tad-dritt tiegħu għall-portabbiltà tad-data skont il-paragrafu 1, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jkollu d-data personali trażmessa direttament minn kontrollur għal kontrollur ieħor, fejn dan ikun teknikament fattibbli.
- L-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17. Dak id-dritt ma għandux japplika għall-ipproċessar meħtieġ għall-prestazzjoni ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur.
- Id-dritt msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa b’mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.
Artikolu 20