- L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull membru tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom jinħatar permezz ta’ proċedura trasparenti minn:
- Kull membru għandu jkollu l-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa, b’mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, biex iwettaq dmirijietu u jeżerċita s-setgħat tiegħu.
- Id-dmirijiet ta’ membru għandhom jintemmu fil-każ tal-iskadenza tal-mandat, ta’ riżenja jew ta’ rtirar obbligatorju f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.
- Membru għandu jitkeċċa biss f’każijiet ta’ mġiba ħażina serja jew jekk il-membru ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet.
— il-parlament tagħhom;
— il-gvern tagħhom;
— il-Kap ta’ Stat tagħhom; jew
— korp indipendenti fdat bil-ħatra taħt il-liġi tal-Istat Membru.