- Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, indipendentement minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le.
- Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali ta’ suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:
- (a) l-offerta ta’ prodotti jew servizzi, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, għal tali suġġetti tad-data fl-Unjoni; jew
- (b) il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni.
- Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f’post fejn tapplika l-liġi ta’ Stat Membru permezz tal-liġi internazzjonali pubblika.
Artikolu 3