- L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli speċifiċi biex jistabbilixxu s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji stipulati fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 58(1) b’rabta ma’ kontrolluri jew proċessuri li jkunu soġġetti, taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali, għal obbligu ta’ segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta’ segretezza fejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat biex jiġi rrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali mal-obbligu ta’ segretezza. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ data personali li l-kontrollur jew il-proċessur ikun irċieva b’riżultat ta’ jew kiseb f’attività koperta minn dak l-obbligu ta’ segretezza.
- Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni r-regoli adottati skont il-paragrafu 1, sal-25 ta’ Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 90