- Il-President għandu l-kompiti li ġejjin:
- (a) ilaqqa’ l-laqgħat tal-Bord u jħejji l-aġenda tiegħu;
- (b) jinnotifika d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord skont l-Artikolu 58a lill-awtorità superviżorja ewlenija u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati;
- (c) jiżgura t-twettiq fil-ħin tal-kompiti tal-Bord, b’mod partikolari fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.
- Il-Bord għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-kompiti bejn il-President u l-viċi presidenti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.
Artikolu 74