- Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li joġġezzjona, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, fi kwalunkwe mument għall-ipproċessar ta’ data personali li tikkonċerna lilu li hija bbażata fuq il-punt (e) jew (f) tal-Artikolu 6(1), inkluż it-tfassil ta’ profili abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Il-kontrollur ma għandux jibqa’ jipproċessa d-data personali sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali.
- Fejn tiġi pproċessata data personali għal għanijiet diretti ta’ kummerċjalizzazzjoni, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li joġġezzjona fi kwalunkwe mument għall-ipproċessar tad-data personali li tikkonċernah għal tali kummerċjalizzazzjoni, li tinkludi t-tfassil tal-profili sa fejn huwa marbut ma’ tali kummerċjalizzazzjoni diretta.
- Fejn is-suġġett tad-data joġġezzjona għall-ipproċessar għal għanijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, id-data personali ma għandhiex tibqa’ tiġi pproċessata għal tali għanijiet.
- Mhux aktar tard mill-mument tal-ewwel komunikazzjoni mas-suġġett tad-data, id-dritt imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jinġieb għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data b’mod espliċitu u għandu jiġi ppreżentat b’mod ċar u separatament minn kwalunkwe informazzjoni oħra.
- Fil-kuntest tal-użu ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, u minkejja d-Direttiva 2002/58/KE, is-suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu li joġġezzjona b’mezzi awtomatizzati bl-użu ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi.
- Fejn tiġi pproċessata data personali għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika skont l-Artikolu 89(1), is-suġġett tad-data, għal raġunijiet marbutin mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, għandu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali li tikkonċernah, sakemm l-ipproċessar ma jkunx neċessarju għall-prestazzjoni ta’ kompitu mwettaq għal raġunijiet ta’ interess pubbliku.
Artikolu 21