- Fejn japplika l-Artikolu 3(2), il-kontrollur jew il-proċessur għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.
- L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal:
- (a) l-ipproċessar li jkun okkażjonali, ma jinkludix, fuq skala kbira, l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) jew l-ipproċessar ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmijin fl-Artikolu 10, u li probabbilment mhux ser jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, b’kont meħud tan-natura, il-kuntest, l-ambitu u l-għanijiet tal-ipproċessar; jew
- (b) awtorità jew korp pubbliku.
- Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn jinsabu s-suġġetti tad-data, lid-data personali tagħhom tiġi pproċessata fir-rigward ta’ offerti ta’ prodotti jew servizzi lilhom, jew li l-imġiba tagħhom tkun issorveljata.
- Ir-rappreżentant għandu jkollu l-mandat mill-kontrollur jew mill-proċessur li jiġi indirizzat, b’mod partikolari mill-awtoritajiet superviżorji u mis-suġġetti tad-data, flimkien mal-kontrollur jew mal-proċessur jew minflokhom, dwar il-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ipproċessar, sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
- Il-ħatra ta’ rappreżentant mill-kontrollur jew mill-proċessur għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur jew il-proċessur innifishom.
Artikolu 27