Kwalunkwe sentenza ta’ qorti jew tribunal u kwalunkwe deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz li jirrikjedu li kontrollur jew proċessur jittrasferixxi jew jiżvela data personali ma jistgħu jkunu rikonoxxuti jew infurzabbli b’ebda mod ħlief jekk ikunu bbażati fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat ta’ assistenza legali reċiproka, fis-seħħ bejn il-pajjiż terz li qed jagħmel it-talba u l-Unjoni jew Stat Membru, mingħajr preġudizzju għal raġunijiet oħra tat-trasferiment skont dan il-Kapitolu.
Artikolu 48