Artikolu 75

Segretarjat

  • Il-Bord għandu jkollu segretarjat, li jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
  • Is-segretarjat għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.
  • Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuq il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
  • Fejn xieraq, il-Bord u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw Memorandum ta’ Qbil li jimplimenta dan l-Artikolu, jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni tagħhom, u applikabbli għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b’dan ir-Regolament.
  • Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord.
  • Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b’mod partikolari:
    • (a) għax-xogħol ta’ kuljum tal-Bord;
    • (b) għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord, il-President tiegħu u l-Kummissjoni;
    • (c) għall-komunikazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra u mal-pubbliku;
    • (d) għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna;
    • (e) għat-traduzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti;
    • (f) għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord;
    • (g) għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim bejn awtoritajiet superviżorji u testi oħra adottati mill-Bord.