- Fejn fi Stat Membru, knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi japplikaw, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, regoli komprensivi b’rabta mal-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar, tali regoli jistgħu jkomplu japplikaw, dment li dawn jinġiebu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
- Knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta’ awtorità superviżorja indipendenti, li tista’ tkun speċifika, dment li hija tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 91